Sunday, March 21, 2010

JOE JULIAN FARRUGIA - NOTARY DR. VINCENZO MARIA PELLEGRINI (1911-1997)

 
Vincenzo Maria Pellegrini (1911 –1997)


Fi zmien il-glieda bejn l-ilsien Ingliz u dak Taljan, hafna mill-kittieba ta’ pajjizna kienu jiktbu b’xi wahda minn dawn il-lingwi. Vincenzo Maria Pellegrini kien jikteb bit-Taljan, u nfatti kien iddistingwa lilu nnifsu fit-Taljan mhux biss f’Malta. Maz-zmien, izda, meta l-lingwa Maltija bdiet tiehu postha, huwa kiteb ukoll bi lsienna, u nsibu hafna xoghlijiet tieghu li jixhdu l-imhabba lejn l-arti, ir-religjon u lejn pajjizna, dejjem b’messagg socjali.

Vincenzo Maria Pellegrini twieled nhar it-12 ta’ April, 1911 fil-Belt Valletta. Huwa kien l-uniku iben tal-koppja Emmanuel u Evangelista mwielda Aquilina. Il-missier, Emmanuel, kien jahdem fl-istamperija tal-Gvern, kien idoqq il-kuntrabaxx ma’ l-orkestra tat-Teatru Rjal u kien jikteb poeziji u drammi fosthom dak dwar Mattew Callus.

F’dan l-ambjent kulturali, it-tfajjel Vincenzo Maria beda l-edukazzjoni tieghu fil-Primarja tal-Belt. Wara sentejn fis-Seminarju ta’ Ghawdex, mar il-Liceo u dahal jistudja l-ligi fl-Università. Tul iz-zmien tieghu bhala student, kellu bhala kollega tieghu lil Gorg Borg Olivier li wara kien sar Prim Ministru.

Fl-Università, Vincenzo kien beda johrog ir-rivista La Brigata u aktar tard waqqaf is-Società Universitaria di Letteratura Italiana. Maz-zmien, La Brigata saret l-organu ufficjali tas-Socjetà. Eventwalment, Vincenzo sar nutar pubbliku u fl-1937 iggradwa bhala avukat.

Vincenzo kien ghamel karriera zghira fil-politika. Wara li kien irritorna Nerik Mizzi mill-internament fl-Uganda, hass li kellu jaghtih kontribut billi jinghaqad mal-Partit Nazzjonalista. Huwa kien ghamel id-diskors ewlieni fl-ewwel kungress nazzjonali tal-partit fil-Belt u wara kien ha sehem f’dik li sejhu La Marcia sulla Valletta.

Huwa kien hareg ghal elezzjoni wahda, dik ta’ l-1947, izda ma telax. Mill-ewwel distrett, maghmul mill-Belt, il-Furjana, l-Marsa u l-Pietà kien gab 168 vot u spicca b’170, filwaqt li mir-raba’ distrett, Mdina, Attard, Balzan, Dingli, Lija, Rabat, Siggiewi u Zebbug kien gab 213 u spicca b’251. (Grazzi lil Remig Sacco ta’ dan it-taghrif)

Matul il-hajja tieghu fil-politika, kien ittraduca u stampa Sulla Sovranità di Malta, dokument tal-membru parlamentari Ingliz Dillon dwar id-drittijiet ta’ Malta minhabba li ma kellha qatt tkun meqjusa bhala kolonja Ingliza. Vincenzo kien jikteb b’mod regolari fil-gurnal tal-partit Nazzjonalista La Patria. Huwa baqa’ jaghti l-kontribuzzjonijiet tieghu anke wara li kien waqaf bhala kandidat.

Sehem iehor fil-gurnalizmu kien meta kien rega’ beda johrog il-gazzetta La Nuova Crociata di Malta. Huwa kien hareg ukoll gazzetta ohra bl-isem ta’ La Crociata, li ma kellha ebda rabta politika. Anzi fiha kien jikteb dwar l-artisti, kemm Maltin kif ukoll barranin. Hemm kien jinkludi fl-arti anke l-fotografija.

L-imhabba lejn l-arti kienet kbira hafna f’Pellegrini. Fil-Liceo kien jitghallem l-arti taht Guzeppi Duca. Huwa kien waqqaf La Scuola del Nudo ma’ Josef Kalleya, izda ma damux ma kellhom izarmaw minhabba l-mentalità ultra moralista ta’ dak iz-zmien. Vincenzo kien ukoll parti mill-grupp li waqqaf is-Società di Belle Arti. Barra minn hekk, fis-snin sittin, kien waqqaf ghaqda ohra, Institute for Cultural Exchanges li kienet tghin artisti jmorru jistudjaw barra. Ghall-Institute kien kera sala fil-Belt biex fiha jsiru wirjiet ta’ artisti fosthom Lazzaro Pisani, Ganni Bonnici, George Fenech, Esprit Barthet, Emvin Cremona, Antoine Camilleri, Edward Pirotta u Anton Agius.

Kien jghin hafna artisti lokali u ta’ min jghid li ghall-arti uza anke l-professjoni tieghu. Meta kien sar il-kuntratt biex ix-xoghol kollu ta’ Sciortino li kien hemm Ruma jsir propjetà tal-poplu Malti, huwa kien in-nutar.

Vincenzo kien ipitter ukoll, l-aktar xoghlijiet astratti. Izda forsi l-aktar xoghlijiet li ghalihom baqa’ msemmi huma l-kitbiet tieghu. Kiteb madwar 40 xoghol li mhux kollha gew ippubblikati. Fost ohrajn kiteb libretti ghal tliet opri Maltin b’kompozizzjoni tas-Surmast Carmelo Pace. Dawn huma I Martiri (1967), Angelica (1973) u Ipogeana (1976) li lkoll kellhom sfond Malti.

Xoghol iehor teatrali kien La Predestinata, dramm tas-snin hamsin dwar il-hajja tal-Madonna. Dan kien ittella’ fil-Manoel fl-1955 ghac-centinarju tad-Domma ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni. Il-palk kien gie ddisinjat minn Emvin Cremona u l-muzika kien kitibha Carmelo Pace. Dramm iehor kien Il-Martri tal-Golgota, dramm dwar il-passjoni mtella’ mit-Tespjani bi skript twil mhux hazin. Dan id-dramm dam isir hafna fir-Radio City u ghalih kienu jattendu hafna nies bix-xarabanks minn Malta kollha.

Pellegrini kellu dar tal-pubblikazzjonijiet bl-isem ta’ Isola. Minnha hareg ghadd ta’ kotba kemm fi proza kif ukoll f’poezija. Fost il-hafna kotba li hareg insibu Malta Rebbieha, Bjuda bil-Lejl, Diwi ta’ Ilhna u Kwiekeb ta’ Sliem. Hareg ukoll antologija ta’ poeziji bil-Malti minn erbghin poeta Malti, tradotti wkoll fit-Taljan fil-ktieb Xefaq bla Tmiem. Kien ittraduca wkoll il-ktieb Meta ta’ Pawlu Xuereb li bit-Taljan sar jismu Quando. Huwa kiteb ukoll u stampa l-Epopea ta’ Gensna, poema li wara giet tradotta ghall-Ingliz mill-Gran Mastru Sir Andrew Bertie izda sa llum ghadha mhix stampata.

Bil-ghajnuna ta’ xi poeti Taljani, Vincenzo kien waqqaf il-moviment Neo-Rondista, bil-hsieb li jikkumbatti t-tendenzi godda anti-klassici u futuristi. L-ewwel konvenju ta’ din l-ghaqda kien sar f’Malta fl-1951.

Vincenzo kien izzewweg lil Josephine imwielda Calleja minn Hal-Qormi. Huma kellhom tliet ulied li huma Anita, Franco u Gabriel. Fi zmien il-gwerra kienu telghu ir-Rabat u l-Imdina u baqghu xi zmien hemmhekk. Il-post tal-Belt zammewh minhabba l-hafna impenji ta’ Vincenzo fil-qasam teatrali. Wara xi snin, meta kienet mietet Josephine, Vincenzo rega’ nizel il-Belt sakemm ghadda l-ahhar snin tieghu fir-residenza ta’ San Vincenz.

Huwa kien segretarju tas-Socjetà La Valette, membru fil-panel tad-drama tar-Rediffusion, tezorier tal-Manoel u president tas-Socjetà tal-Folklor. Huwa kien moghti l-midalja tad-deheb tas-Socjetà ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerc u maghmul Kavallier mill-Gvern Taljan fl-1967 permezz ta’ La Stella della Solidarieta` Italiana ghas-sehem tieghu favur l-opra Taljana f’Malta.

Bhala karattru, Vincenzo kien ragel altruista ghall-ahhar. Il-motto tieghu dejjem kien Non nobis, sed patria, mhux ghalina izda ghal pajjizna. Huwa kien bniedem fabbli, pacenzjuz, jifhem lil dak li jkun, izda d-dritt tieghu iridu.

L-akbar passatemp ta’ Vincenzo kien fil-filatelija. Huwa kien ko-fundatur tas-Socjetà Filatelika lokali. Bhala muzika kien ihobb dik klassika. Fl-isport kien ihobb jipprattika t-tennis. Huwa kien ihobb isegwi wkoll il-futbol u fl-1948, kienet intweriet xewqa mill-M.F.A. li jakkumpanja lit-tim nazzjonali fi Sqallija ghal zewg partiti, biex ikun jista’ jaghmel id-diskorsi ta’ l-okkazjoni.

Vincenzo Maria Pellegrini miet nhar l-1 ta’ Ottubru 1997. Fir-Rabat issemmiet triq ghalih. Il-kitbiet tieghu, l-imhabba lejn l-arti u s-sehem favur il-poplu jinsgu flimkien il-hidma shiha ta’ dan il-bniedem matul hajja mimlija tlugh u nzul. Se nispicca b’silta mill-poezija li kiteb Vincenzo fl-1930, Ave Maria:


e-mail:
joejulianfarrugia@gmail.com

No comments:

Post a Comment