Vincenzo Maria Pellegrini
IFEĠĠ IL-ĦSIEB
Żiffa li tgħaxxaq,
dawl mifrux bħal baħar,
fwejjaħ moħbija
li ma tafx ta’ xiex...
min jaf mnejn fiġġ fuq l-art
miraklu ta’ sbuħija
hekk daħkana, hekk smewwija,
miraklu ta’ tgawdija
hekk bla tarf?
Il-ħemda mas-serħan
titgħaxxaq f’bewsa;
fil-bogħod iżiġġ jitbandal
brigantin
bil-ġwienaħ bojod
bħal tal-gawwi jtir;
ġo moħħi jfiġġ il-ħsieb,
jinżel sa qalbi
u b’għaġeb tassew kbir
jisraq miraklu ta’ sbuħija oħra
x’ħin ta’ din ruħi
ibexxaq ftit il-bieb.
Vincenzo Maria Pellegrini hadem biex il-poezija Maltija tkun maghrufa barra minn xtutna. Qaleb ghadd ta’ poeziji ghat-Taljan. Kien ukoll jikteb il-poezija. Fost il-kotba tieghu hemm L-Epopea ta’ Gensna.
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
No comments:
Post a Comment